Ħadd ma weġġa’ meta iktar kmieni illum waranofsinhar trakk tat-tip Isuzu Elf waqa’ għoli ta’ tmien sulari f’wied fi Triq il-Kantra fix-Xlendi Għawdex.
Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li waqt l-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-vettura qabdet in-niżla, ħabtet mal-bankina, laqtet l-ilqugħ tal-ħadid u waqgħet għoli ta’ tmien sulari.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>

