L-aħbar li One Direction se jinfirdu għal perijodu qasir ġabet magħha ferment kbir dalgħodu fuq is-socila media, b’diversi fans ta’ din il-boyband ma jistgħux jemmnu.
One Direction se jkunu qed joħorġu l-ħames album tagħhom aktar tard din is-sena.
Il-grupp se jkun qed jinfired uffiċjalment f’Marzu sabiex b’mod individwali l-membri jibdew jaħdmu fuq proġetti għal rashom.
L-aħbar ħarġet ħames xhur wara li Zayn Malik telaq il-band.
Niall Horan, Harry Styles, Liam Payne u Louis Tomlinson kienu ilhom ġimgħat għaddejin b’diskussjonijiet dwar il-futur tal-grupp One Direction.
//= $special ?>