Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 24 t’Awwissu.

IN-NAZZJON b’rapport li jagħti dettalji tal-kummenti li għadda lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq Radio 101. Simon Busuttil sostna li hemm mod aħjar kif għandu jitmexxa dan il-pajjiż.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota accountant Skoċċiż li appella lill-Prim Ministru David Cameron biex jieħu l-eżempju ta’ Malta dwar il-mod kif taġixxi quddiem is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta kif żewġ persuni tressqu l-Qorti akkużati b’kutrabandu ta’ 10.5 miljun sigarett.

L-ORIZZONT b’ritratt li allegatament juri kif il-kaxxi tal-Pitkalija qed jintużaw minn numru ta’ għaddasa biex iġorru l-apparat tagħhom.