Fi żmien Gvern Nazzjonalista f’Għawdex kienet nfetħet Blood Donation Unit li kienet miftuħa kuljum nkluż ħdud u festi biex kull min ried jagħti d-demm seta’ jagħmel dan bil-kumdita’ tiegħu.
Malli tela’ Gvern Laburista ghal xi raġuni ddeżieda li jagħlaq din il-Unit u l-ghoti tad-demm beda jsir bejn wieħed u iehor darba kull hmistax flok kuljum.
Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-Għawdxin kien imisshom jagħtu d-demm, u għalhekk numru sabiħ ta’ persuni wieġbu għall-dan l-appell b’mod mill-aktar ġeneruż. Jirriżulta illi x’ħin marru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex jagħtu d-demm sabu kju twil jistenna u ħafna kellhom jitilqu bla ma jagħtu d-demm – riżultat tal-fatt li għotjiet qed jintlaqgħu darba fil-ħmistax.
Dan is-sit huwa nfurmat illi din mhix l-ewwel darba li ġrat. L-Għawdxin qed jappellaw lill-Gvern sabiex il-Unit li kien hemm qabel jerġa jinfetah kuljum. Għawdxi li jixtieq jagħti d-demm għandu jkollu l-faċilita’ li jagħmel dan f’Għawdex stess kif isir f’Malta kuljum u bil-kumdita’ kollha.
//= $special ?>