Fetħu l-applikazzjonijiet għal korsijiet part-time fl-MCAST. Minn Ottubru li ġej se jkunu qed jiġu offruti aktar minn 300 kors part-time, li jinkludu wkoll nuru ta’ korsijiet ġodda fuq bażi part-time, fosthom 8 korsijiet ġodda fil-livell ta’ Baċċellerat.
Dettalji dwar dan ingħataw f’Konferenza tal-Aħbarijiet li saret fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid, fejn intqal li l-korsijiet ġodda part-time fil-livell ta’ Baċċellerat se jkunu qed jiġu offruti fl-oqsma tal-Inġinerija, ix-Xjenza u l-Arti.
Il-korsijiet f’livell ta’ Baċċellerat fil-qasam tal-Inġinerija u x-Xjenza jinkludu korsijiet dwar l-elettronika, l-inġinerija mekkanika, l-inġinerija ambjentali, l-inġinerija fis-servizzi tal-bini u fl-inġinerija tal-kostruzzjoni. Qed ikun introdott ukoll kors part-time fil-livell Baċċellerat dwar il-fotografija.
Fost it-300 kors part-time li se jkunu qed jiġu offruti minn Ottubru li ġej, hemm numru ta’ korsijiet ġodda f’livelli varji, fosthom kors dwar it-tagħlim tal-lingwa u l-kultura Ċiniża.
Jistgħu japplikaw għal dawn il-korsijiet persuni minn 16-il sena ‘l fuq u l-applikazzjoni huma miftuħa. Sal-11 ta Settembru wieħed jista’ jmur japplika fil-kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid jew fil-kampus tal-MCAST f’Għawdex bejn it-8.30am u s-7pm. Wieħed jista’ japplika wkoll online fuq is-sit shortcourses.mcast.edu.mt.
//= $special ?>

