Inħeles raġel Britanniku li 18-il xahar ilu kien inħataf ostaġġ f’Sanaa, u r-rapporti qalu li jinsab qawwi u sħiħ minkejja l-esperjenza li għadda minnha. Ir-raġel jidher li kien ostaġġ tal-fergħa tal-al-Qaeda fil-Jemen.
Dan f’rejd minn truppi speċjali tal-Emirati Għarab f’rejd li wettqu fil-belt ta’ Aden, lejn in-Nofsinhar tal-Jemen.
Hu mifhum li r-raġel jismu Douglas Robert Semple, ta’ 64 sena, u jingħad li hu kien qed jaħdem għal kumpanija tas-servizzi tal-petroleum meta spiċċa ostaġġ fil-belt kapitali tal-Jemen fi Frar tal-2014.
Dakinar kien inħataf minn grupp armat li l-membri tiegħu heddew li joqtluh. Fil-fatt, sitt xhur wara l-għajbien tiegħu, kien ħareġ filmat li fih jidher mgħammad waqt li qed jitlob biex tkun salvata ħajtu.
Il-konferma li nħeles l-ostaġġ Britanniku ngħatat mis-Segretarju tar-Renju Unit għall-Affarijiet Barranin, Philip Hammond, waqt żjara li kien qed jagħmel fl-Iran.
//= $special ?>