Il-prezzijiet taż-żejt niżlu sal-aktar livell baxx tul dawn l-aħħar sitt snin. Dan fost it-tnaqqis kontinwu fil-ħażniet globali li hu dovut għal tħassib dwar l-ekonomija taċ-Ċina li qed taqta’ lura.
Il-prezzijiet tal-brent u l-US crude naqsu għal taħt il-$45 u l-$40 l-barmil rispettivament waqt li l-investituri globali evalwaw l-effetti potenzjali tal-attività fil-Borża taċ-Ċina li saret aktar imprevedibbli.
L-aħħar data, intant, tissuġġerixxi li r-rata tal-iżvilupp taċ-Ċina kompliet tonqos.
Filwaqt li wieħed qed jikkunsidra l-bidliet kontinwi fl-ishma taċ-Ċina, hemm ukoll il-biża’ dwar l-effett fit-tul fuq id-domanda għall-komoditajiet.
Is-sitwazzjoni taċ-Ċina – magħrufa bħala ‘slowdown’ – mistennija teffettwa ekonomiji oħra tar-reġjun, fejn ikun hemm impatt għall-konsum tal-enerġija u l-materja prima.
Is-suq instabbli taċ-Ċina wkoll qed iqajjem l-inkwiet li l-problemi f’dan il-pajjiż (it-tieni l-akbar ekonomija tad-dinja) jistgħu jħallu l-konsegwenzi fit-tul fuq livell globali.
//= $special ?>