Il-moviment tal-ISIS ħareġ appell biex ġellieda minn madwar id-dinja Għarbija jinġabru fil-Libja hekk kif Sirte kienet dikjarata Emirat Iżlamiku.
L-appell sar minn Ali el Gezrawi, ġellied mill-Għarabja Sawdija, biex militanti Iżlamiċi mill-Arabja Sawdija, it-Tuneżja, l-Eġittu u s-Sudan imorru l-Libja ħalli jgħinu lill-ISIS fil-ġlieda tagħhom.
F’filmat, Gezrawi qal li l-Libja kienet il-pajjiż tal-jihad u l-immigrazzjoni u ma kinitx biss tal-Libjani imma tal-Musulmani kollha li jemnu f’Kalifat Iżlamiku.
Dan fl-istess ħin li bdiet kampanja biex iħajru lin-nies imorru Sirte. Hekk kif inħolqot qorti Iżlamika kif ukoll l-ISIS impona klassijiet separati għall-bniet u s-subien fl-universitajiet u l-iskejjel.
L-ISIS iħeġġeġ il-ġellieda jmorru l-Libja
