Lokali

Raġel jittajjar fil-Marsa

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ ittajjar minn karozza fi Triq il-Marsa, il-Marsa għall-ħabta tal-21:45pm.

Il-Pulizija tad-distrett marret minnufih fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel barrani safa’ milqut minn karozza tat-tip Ford Fiesta li kienet misjuqa minn raġel ta’ 58 sena mill-Fgura.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.