Lokali

Żewġ ġuvintur jindarbu wara li ġabru logħob tan-nar

Żewg ġuvintur ta’ tlettax-il sena indarbu meta allegatament ġabru logħob tan-nar minn għalqa fil-Munxar Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.

Il-ġuvintur ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn irriżulta li wieħed mill-ġuvintur, li huwa residenti x-Xlendi, indarab serjament iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Il-ġuvni l-ieħor, li huwa residenti l-Munxar stess, qed isofri minn ġriehi ħfief. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.