Biex tieħu appuntament fil-Pain Clinic tal-Isptar Mater Dei, trid tistenna sa Marzu tas-sena d-dieħla. Hi din l-esperjenza ta’ anzjana, li għamlet kuntatt mal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna u li fissret it-tbatija li għaddejja minnha minħabba l-uġigħ li għandha fl-għadam.
L-anzjana spjegatilna li meta kkuntattjat l-Isptar biex tiċċekja kif se tagħmel appuntament u tieħu t-trattament meħtieġ, qalulha biss li trid tistenna sas-sena d-dieħla.
Iżda dan mhuwiex l-uniku ilment li waslilna fl-aħħar jiem, fost oħrajn dwar servizzi tas-Saħħa mogħtija lill-anzjani. F’każ minnhom, mara qasmet magħna l-esperjenza xejn sabiħa li għadda minnha z-ziju tagħha.
Dan ir-raġel, li għandu aktar minn 70 sena, jinsab rikoverat f’Residenza tal-Anzjani fl-Imsida u dan l-aħħar kellu bżonn urġenti li jittieħed b’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei. Iżda b’sorpriża għan-neputija, li hi mara nieqsa mid-dawl, qalulha li m’għandhomx nurse biex jakkumpanjawh fl-Ambulanza.
Meta n-neputija tal-anzjan għamlet ilment formali, il-Ministeru tas-Saħħa qalilha li m’għandux x’jaqsam. Min-naħa l-oħra, id-Dipartiment għall-Kura tal-Anzjani qalulha li lanqas huma ma jidħlu f’dan il-każ.
//= $special ?>

