Żgħażugħa Ġermaniża li xebgħet tikri l-appartamenti ddeċidiet li tabbandana kwalunkwe kunċett ta’ indirizz fiss u issa qiegħda tgħix ħajjitha fuq il-ferroviji.
Leonie Muller, studenta ta’ 23 sena minn Stuttgart, ħadet din id-deċiżjoni drastika wara li tlewwmet ma’ sid il-kerha. Hi, issa, qed iġġorr kollox magħha – minn ħwejjiġha sal-laptop — waqt li tivvjaġġa kontinwament fuq il-ferroviji.
F’din is-sitwazzjoni, Leonie qed tinħasel fil-kmamar tal-banju tal-ferroviji. Dan meta hi qed tħallas l-ekwivalenti ta’ 240 Sterlina għal biljett ta’ xahar li permezz tiegħu tista’ tivvjaġġa fuq kwalunkwe ferrovija fil-Ġermanja. B’hekk hi qed tiffranka ftit anqas mill-kera ta’ kull xahar għal appartament li kienet tiswiha l-ekwivalenti ta’ 290 Sterlina.
Leonie Muller tattendi l-Università ta’ Tubingen u bħalissa għandha relazzjoni ma’ raġel residenti f’Cologne. Hi tgħid li ‘jaqblilha li tgħix fuq il-ferroviji waqt li tivvjaġġa mid-dar tal-għarus sar-residenza ta’ ommha (f’Berlin) u lejn l-università għal-lezzjonijiet’. Leonie, fil-preżent, qed tikteb blog bl-isem ‘Wherever You Go There You Are’ biex tiddokumenta l-vjaġġi u l-esperjenzi tagħha.
//= $special ?>