Lokali

Filmat: Air Supply f’Malta

Id-Duo Awstraljan ta’ fama internazzjonali, AIR SUPPLY, magħmul mill-kitarrista u kant awtur Graham Russell u l-vokalista Russell Hitchcock waslu Malta għal kunċert li se jagħtu nhar il-Ġimgħa.

Air Supply huma magħruf għal numru kbir ta’ kanzunetti fosthom All out of Love u Lonley Is the Night.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-grupp iltaqa’ mal-ġurnalisti fejn ingħataw dettalji dwar il-kunċert. Il-waqfa tagħhom f’Malta hija parti minn tour dinji biex ikun ċelebrat l-40 anniversarju mit-twaqqif tal-grupp tagħhom Air Supply.

F’kummenti ma’ Net News, id-duo esprimew sodisfazzjoni għall-fatt li jinsabu Malta.

Il-kunċert ta’ nhar il-Ġimgħa se jsir fl-MFCC f’Ta’ Qali, fejn mistennija jkantaw kanzunetta li se toħroġ uffiċjalment ġimgħatejn oħra.

Il-flus li se jinġabru mill-parkeġġ tal-kunċert se jmorru kollha għall-Caritas, l-aġenzija li f’pajjiżna taħdem ma’ persuni vulnerabbli.