Lokali

Filmat: Tigref karozza għal xejn b’xejn

Sidt karozza tat-tip Toyota Vitz ta’ lewn isfar qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li tfajla, mingħajr l-ebda raġuni, girfitilha l-karozza li kienet ipparkjata f’Birkirkara.

Il-każ seħħ dalgħodu, ftit qabel l-għaxra, fi Triq l-Iklin, fl-Iklin, quddiem stabbiliment ewlieni tad-drapp. It-tfajla tidher tagħti xi indikazzjonijiet lil żewġ sorijiet, u kif dawn telqu resqet lejn il-karozza u girfitha.

Sidt il-karozza spjegat li hi ma tafx lit-tfajla, u ma tistax taħseb f’raġuni għaliex xi ħadd kellu jwettaq att bħal dan.

Dwar il-każ sar rapport lill-Pulizija li qed jinvestigaw filmati minn kameras tas-sigurta’. Min għandu xi informazzjoni jista’ jgħaddiha anke’ b’mod kunfidenzjali.