Xufier tal-Malta Public Transport kien sospiż minn xogħolu wara każ li seħħ fi tmiem il-ġimgħa li għadda f’San Ġiljan. Il-każ ħareġ pubbliku biss permezz ta’ filmat li dar sew fil-media soċjali (ara isfel).
Fil-filmat, ix-xufier jidher ikaxkar karozza pparkjata għax il-karozza tal-linja hi kbira wisq biex tgħaddi minn dik it-triq partikolari. Il-każ seħħ f’Telgħet San Ġiljan.
Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, Tas-Sliema kienet qed tiċċelebra waħda mill-Festi tal-lokalità u għaldaqstant daħlu fis-seħħ numru ta’ toroq alternattivi, fosthom għat-trasport pubbliku. Madankollu, skont stqarrija tal-Malta Public Transport, Telgħet San Ġiljan ma kinitx parti mir-rotot temporanji.
Għaldaqstant, il-kumpanija qalet li ssospendiet lix-xufier sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u tittieħed azzjoni fil-konfront tax-xufier. Fl-istess waqt, il-kumpanija qalet li se tkun qed tikkompensa lil sid il-karozza għad-danni li sarulu.
https://www.facebook.com/migirigerii/videos/969207183136686
//= $special ?>

