IN-NAZZJON jirrapporta l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista li jinsisti li l-Kumitat tas-Sigurta’ jitlaqqa’ b’urġenza u mhux tliet ġimgħat oħra fl-10 ta’ Settembru. Din is-sejħa qed issir wara li kien żvelat il-ħruġ illegali ta’ visas u permessi ta’ residenza meta l-eks teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut tressaq il-Qorti il-ġimgħa li għaddiet. Il-ġurnal jirrapporta wkoll dwar titjira tal-Air Malta li ttardjat bi 12-il siegħa.
TIMES OF MALTA jirrapporta b’ritratt dwar il-kroll tas-swieq tal-ishma Ċiniżi ilbieraħ. Żewġ rapporti oħra fl-ewwel faċċata huma dwar studju li juri li ulied isegwu fil-passi tal-ġenituri tagħhom fil-kriminalita’ u dwar ir-reazzjoni ta’ bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff li tinsab sorpriża li l-istatwa tiegħu ma baqgħetx fil-pjani għal Pjazza Kastilja
THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta li l-ġustifikazzjoni tal-PM Joseph Muscat għall-proġett fiż-Żonqor – ċentru tal-akwakultura li kien maħsub għall-istess post – instabet li ma kienitx adattata. Dan skont studju li qassam Muscat stess lill-media. Jirrapporta wkoll dwar il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sigurta’ skedata għall-10 ta’ Settembru.
L-ORIZZONT jirrapporta dwar ix-xabla tal-Gran Mastru De Valette li tinsab “f’kundizzjoni ħażina”. Ir-rapport ikompli li hemm possibilta’ li l-istallett tal-Gran Mastru jkun Malta waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Rapport ieħor hu dwar proġett ġdid ta’ riċerka mill-Universita’ ta’ Malta dwar l-enerġija mir-riħ.
//= $special ?>