S’issa huma tliet l-persuni li neħħew ruħhom b’idejhom – tnejn f’Toronto u wieħed f’Texas – wara li l-email tagħhom deher fil-lista maħruġa mill-hackers li daħlu fis-sistema tas-sit Ashley Madison li jintuża minn nies miżżewġin li jridu jiltaqgħu ma’ nisa u irġiel oħra.
Għall-ewwel meta ħarġet l-aħbar ta’ dan il-hacking ħafna bdew jieħdu s-sitwazzjoni biċ-ċajt. Iżda issa qed toħroġ realta’ ġdida, hekk kif ħafna mill-persuni li inqabdu “jaqilbuha” lill-mara spiċċaw fi trawma. Oħrajn saħanista spiċċaw għamlu suwiċidju.
L-avukati tal-vittmi qed jargumentaw illi huwa tal-mistħija kif is-sit Ashley Madison ma rnexxielux jipproteġi l-identita’ tal-klijenti tiegħu.
//= $special ?>