Lokali

Jibqgħu jistennew fiċ-Ċirkewwa

Numru ta’ persuni tkellmu ma’ dan il-portal li qed ikun hemm dewmien tas-servizz ta’ tal-linja fiċ-Ċirkewwa, il-Mellieħa.

Persuni li kienu fuq il-Bus Stop u li bagħtulna dawn ir-ritratti qalu li fost il-persuni li kienu qed jistennew semgħu tgergir dwar dewmien fis-servizz li qed jikkawża ħafna frustrazzjoni lill-pubbliku. Oħrajn qalulna li dan id-dewmien qed ikun ħaġa regolari.