F’dawn l-aħħar snin, Lidl kienet qed tinvesti f’Malta biex tagħti l-aqwa servizz ta’ kwalità lill-klijenti tagħha. Seba’ snin wara, minn mindu fetħet l-ewwel ħwienet tal-imnut f’Malta, Lidl kabbret in-netwerk f’pajjiżna minn tlieta għal sebgħa, b’aktar minn 200 impjegat.
Aktar ma jgħaddu s-snin, Lidl qed jikkapitilizzaw fuq standards ġodda bħala parti mill-investiment kontinwu tal-kumpanija fl-interess tal-klijenti u tal-impjegati tagħhom. Lidl jagħtu kas tal-kwalità li jipprovdu u jemmnu fis-suq Malti. Minħabba f’hekk il-kumpanija nvestiet €300,000 għal Malta biss fi programm esklussiv biex jitħarrġu s-seba’ store managers tagħhom f’San Ġwann, Santa Venera, Ħal Qormi, Ħal Luqa, iż-Żejtun, Ħal Safi u x-Xewkija.
Il-programm ta’ dan it-taħriġ ra l-bidu tiegħu f’Bolonja u s-seba’ store managers Maltin ingħaqdu ma’ aktar minn 800 kollega minn madwar l-Italja kollha biex jieħdu sehem fi proġett ta’ motivazzjoni bil-għan li jitjib it-taħriġ tar-riżorsi umani u l-ħiliet fit-tmexxija. Lidl jemmnu li l-istore managers għandhom rwol sinifikanti fil-kumpanija peress li jirrappreżentaw l-ewwel kuntatt mal-klijenti, kif ukoll jimmaniġġjaw u jikkordinaw it-tim ta’ impjegati u huma responsabbli wkoll minn kif jaġixxu l-istores tagħhom mil-lat ekonomiku.
“Il-kumpanija hija konxja li l-impjegati tagħha huma vitali għat-tkabbir tagħna peress li huma l-bażi tas-suċċess tagħna. Lidl għażlet li tinvesti f’dan il-programm ta’ taħriġ għaliex l-istore managers tagħna huma s-sinsla tal-kumpanija. Aħna ninsabu ottimisti li dan l-investiment se jgħolli l-livell tal-professjonalità tagħna u jtejjeb il-valur fil-kwalità tas-servizz u b’hekk ikollna riżultati aħjar,” qal Mark Farrugia, is-Sales Operations Executive Lidl Malta.
L-għan ta’ dan il-programm ta’ taħriġ hu li jiżviluppa l-ħiliet maniġerjali u tan-negozju u jtejjeb il-mod soċjali u personali tagħhom. L-istore managers Maltin ħadu sehem ukoll f’jum ta’ żvilupp u mbagħad, dawk li jkunu għaddew b’suċċess dan il-pjan ta’ żvilupp, jirċievu benefiċċji speċifiċi b’rikonoxximent għat-tkabbir tagħhom b’suċċess.
//= $special ?>

