Negozjant Malti ilu għal kważi ġimgħa jinżamm arrestat mill-Gvern Libjan ta’ Tobruk, il-Gvern rikonoxxut fuq livell internazzjonali, talli daħal f’art kontrollata minn dan il-Gvern b’Visa maħruġa mill-Gvern rivali ta’ Misurata.
Jirriżulta li l-Malti injora avviżi mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kontra vjaġġar lejn il-Libja, tant li siefer lejn dan il-pajjiż Afrikan għal aktar minn darba minħabba r-rabtiet kummerċjali li għandu f’Misurata.
Jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel użu minn Visa maħruġa mill-Gvern ta’ Tripli. Għaldaqstant, minħabba li dan mhux rikonoxxut, il-Malti spiċċa f’nofs il-kontroversja bejn iż-żewġ Gvernijiet.
//= $special ?>
