L-Oppożizzjoni Nazzjonalista laqat b’sodisfazzjon iż-żieda fiċ-ċifri tal-persuni jaħdmu bi qligħ, fosthom fis-settur privat.
Madankollu, fi stqarrija f’isem il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister għall-Finanzi Mario de Marco, il-Partit Nazzjonalista nnota wkoll iż-żieda b’aktar minn 500, bejn Marzu 2014 sa Marzu 2015, fin-numru ta’ persuni jaħdmu mal-Gvern.
B’hekk, din iċ-ċifra issa telgħet għal aktar minn 44,000 persuna.
Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex jassigura li s-settur privat jibqa’ l-forza li tmexxi l-ekonomija Maltija, filwaqt li s-settur pubbliku jibqa’ jinżamm taħt għarbiel.
//= $special ?>