Il-Kumpanija Vienna International Airport ħabbret li se żżid is-sehem tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, VIA ħabbret li se tagħmel offerta għax-xiri tal-ishma SNC Lavalin Inc, kumpanija Kanadiża li hi wkoll azzjonista fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien privatizzat fl-2002 u VIA għandha sehem ta’ ftit inqas minn 33%. Jekk ix-xiri tal-ishma jkun approvat, is-sehem ta’ VIA fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jitla’ għal iktar minn 48%.
L-offerta lil SNC Lavalin hi ta’ €3 għal kull sehem b’valur totali ta’ €63 miljun.
//= $special ?>
