Il-Pulizija f’Virginia qed tagħmel tfittxija kbira għall-persuna li sparat u qatlet ġurnalista u l-cameraman tagħha waqt xandira diretta għall-istazzjon CBS.
Alison Parker kienet qed tintervista persuna f’rapport dwar l-iżvilupp tal-Bridgewater Plaza fi Smith Mountain Lake meta f’ħin minnhom instemgħu seba’ tiri ta’ arma tan-nar u ħafna twerżiq. Imbagħad il-kamera żvijat u nqatgħet it-trażmissjoni. Wara rriżulta li l-cameraman, Adam Ward, li kien qed jiġbed l-intervista, inqatel ukoll.
FILMAT: Ġurnalista tinqatel waqt xandira diretta fl-Istati Uniti
