Lokali

FIlmat: Jidħlu f’ħanut u joħorġu b’numru ta’ nuċċalijiet misruqa

Żewġ persuni daħlu f’ħanut tan-nuċċalijiet fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema, minn fejn ħadu bil-mohbi numru ta’ nuċċalijiet u telqu bihom mingħajr ma ħallsu tagħhom. Dan wara li qattgħu xi ħin iduru fil-ħanut u jippruvaw numru ta’ nuċċalijiet bl-għan li jaljenaw lill-ħaddiema.

Il-każ seħħ għall-ħata tal-ħdax u nofs tat-Tlieta filgħodu u mhux magħruf jekk dawn il-persuni hux Maltin jew le. Sadattant is-sidien tal-ħanut għamlu rapport lill-Pulizija dwar dan il-każ.

Min għandu xi informazzjoni li tista’ twassal biex dawn jinqabdu qed jintalab jgħaddiha, anke’ b’mod kunfidenzjali.