Futbol Sport

Ghedin iħejji bi skwadra ta’ 27 plejer

Il-kowċ Nazzjonali Pietro Ghedin bħalissa għandu skwadra proviżorja ta’ 27 plejer li qed titħarreġ miegħu bi preparazzjoni għall-partita ta’ kwalifikazzjoni mill-Euro 2016 li Malta se tkun qed tilgħab f’Firenze kontra l-Italja fit-3 ta’ Settembru.

Din l-iskwadra tinkludi plejers li għadhom ma ddebuttawx fil-kampjonat Premier dan l-istaġun minħabba xi injury kif ukoll xi plejers ġodda.

Ghedin mistenni li jiffinalizza l-iskwadra wara li tintemm it-tieni ġurnata mill-Kampjonat Premier li se tintlagħab bejn għada u s-Sibt.

Is-27 plejer kollha li għandu għad-dispożizzjoni Ghedin u minnhom irid jagħżel it-18 finali huma dawn:
Gowlkipers: Henry Bonello (Valletta), Justin Haber (B’Kara), Andrew Hogg (Kalloni), Glenn Zammit (Sliema)
Difensuri: Andrei Agius (Hibs), Steve Borg (Limassol), Ryan Camilleri (Valletta), Jonathan Caruana (Valletta), Alex Cini (Pembroke), Alex Muscat (Sliema), Zach Muscat (B’Kara), Joseph Zerafa (B’Kara), Clayton Failla (Hibs)
Midfielders: Ayrton Azzopardi (Tarxien), Roderick Briffa (Valletta), Andrew Cohen (Hibs), Paul Fenech (B’Kara), Dylan Grima (Balzan)Bjorn Kristensen (Hibs), Rowen Muscat (B’Kara), Steve Pisani (Floriana), Gareth Sciberras (B’Kara)
Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan), Michael Mifsud (Sliema), Jean Pierre Mifsud Triganza (Valletta), Andre Schembri (O Nicosia), Terrence Vella (B’Kara)

Vella b’seba’ debuttanti

Intant il-kowċ tat-tim nazzjonali U/21 Silvio Vella wkoll sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 20 plejer għall-partiti kontra r-Repubblika Ċeka u l-Montenegri x-xahar id-dieħel.

F’din l-iskwadra Vella għandu seba’ plejers ġodda. Fost dawn hemm il-gowlkiper ta’ Floriana Matthew Calleja Cremona, d-difensur ta’ Dover Athletic Samuel Magri u dak ta’ Pietà Karl Micallef, il-midfielder ta’ Floriana Conor Borg u l-attakkant ta’ Hibernians li telgħu mill-iskwadra tal-Youths, Jurgen Degabriele u Joseph Mbong.
L-iskwadra kollha hi din:

Gowlkipers: Jurgen Borg (Hibs), Matthew Calleja Cremona (Floriana)
Difensuri: Samir Arab (Balzan), Cain Attard (B’Kara), Emanuel Briffa (Floriana), Samuel Magri (Dover A), Karl Micallef (Pietà H), Mnichael Johnson (St. Andrews), Daniel Zerafa (Tarxien R)
Midfielders: Terence Agius (Balzan), Johann Bezzina (Hibernians), Conor Borg (Floriana), Ryan Camenzuli (B’Kara), Kyle Cesare (Pietà), Llewelyn Cremona (Valletta), Brandon Muscat (Tarxien R)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibs), Joseph Mbong (Hibs), Luke Montebello (Tarxien), Kurt Zammit (B’Kara).