Joseph Muscat qed ipoġġi l-ewwel ġebla għall-qerda ta’ waħda mill-ftit artijiet verġni li fadal tul il-kosta. Dikjarazzjoni qawwija li saret fl-editorjal tat-Times of Malta ippubblikat illum, u li fih jingħataw ir-raġunijiet għaliex id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jiżviluppa bini fiż-Żonqor xorta tibqa’ mhix aċċettabbli.
L-editur tat-Times jispjega kif il-Gvern qed jissagrifika art ODZ għal bini li faċilment jista’ jsir post ieħor. “Fuq materji li jirrigwardjaw l-ambjent nazzjonali ta’ pajjiżna, ma tistax titkellem fuq kompromessi”, jgħid l-editorjal.
U l-kummentarju tat-Times ikompli jgħid li kull pulzier ta’ art ODZ meħud b’kapriċċ, huwa pulzier ta’ art meqrud darba għal dejjem.
Minn dan l-editorjal joħorġu diversi punti oħrajn: il-Gvern missu lanqas biss ħolom li jibni l-art mhux mittiefsa taż-Żonqor, qed iqumu dubji dwar x’talbu lil Muscat l-iżviluppaturi Ġordaniżi, u ħafna qed jistqasu għaliex il-Gvern ma jridx jippubblika l-kuntratt mal-Grupp Sadeen.
L-editur tat-Times itemm billi jgħid li Muscat qed jiżbalja jekk jaħseb li din il-kontroversja taż-Żonqor spiċċat. Xorta għad għandu ċans jirrevedi dan il-proġett.
//= $special ?>

