It-tmexxija tal-pajjiż ma tibdiex u tintemm mal-politiċi. Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’laqgha ma’ rappreżentanti tal-Junior Chamber International (JCI) Malta fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-JCI hi organizzazzjoni f’115-il pajjiż, fosthom Malta, bl-għan li tippromwovi ċ-Ċittadinanza attiva fost iż-żgħażagħ permezz ta’ attivitajiet diversi. Fil-laqgħa tiegħu mal-JCI, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-politika għandu jkollha s-sehem dirett ta’ sezzjonijiet differenti tal-pubbliku, fosthom taż-żgħażagħ.
Il-President ta’ JCI Malta Annalisa Schembri spjegat li din is-sena, JCI se tkun qed tiċċelebra l-100 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Matul il-laqgħa mal-Kap tal-Oppożizzjoni, hi stiednet lill-Partit Nazzjonalista biex ikompli jagħti aktar importanza lis-sehem taż-żgħażagħ fit-twettiq tal-politika.
//= $special ?>
