Sport

Luxol jibdew b’telfa kbira

Luxol St Andrews bdew l-impenji tagħhom fi Grupp B tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup b’telfa ta’ 9-0 kontra Pescara.

Fil-kumpless Sportiv ta’ Andorra La Vella, ċ-Champions lokali ma setgħu jagħmlu xejn kontra l-qawwa tal-avversarji tant li sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien diġa’ dak ta’ 6-0 favur it-Taljani. Fit-tieni taqsima, għalkemm sofrew tliet gowls oħra, l-Maltin kellhom prestazzjoni aħjar.

Il-kontinġent Malti hu mmexxi miċ-Chairman tal-Club Joe Aquilina u l-President Mario Vella.

Illum Luxol jerġgħu jkunu fl-azzjoni fit-8.30pm hekk kif jilagħbu kontra ċ-champions tal-Andorra Encamp. Is-Sibt fis-6pm jilagħbu l-aħħar logħba kontra ċ-champions tad-Danimarka JB Gentofte.

Il-formazzjoni li bdew biha Luxol kontra Pescara kienet din:
Adrian Attard, Reuben Grech, Vanderlei Augusto, Celino Alves De Freitas, Frane Despotovic, William Barbosa, Matthew Attard, Mark Zammit, Glenn Bonello, Karl Saliba, Carlo Scicluna, Zvezdan Vukovic, Carl Azzopardi u Florin Anton.