Lokali

Persuna mhux se jkollha aktar bżonn il-kunsens ta’ sid ta’ art biex jiżviluppaha

Trid tiżviluppa art ta’ ħaddiehor mingħajr il-kunsens tagħhom? Bil-qamsa tal-MEPA kif imressqa mill-Gvern, dan se jkun possibbli li jsir.

Dan ġie rappurtat fil-ġurnal MaltaToday, fejn jintqal li bil-liġi proposta dwar l-ippjanar, persuna mhux se jkollha aktar bżonn il-kunsens ta’ sid ta’ art biex jiżviluppaha, iżda se jkun meħtieġ biex sempliċiment jinforma lis-sid permezz ta’ ittra registrata.

Dan it-tibdil propost fil-liġi, xprunat mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ippjanar Michael Falzon, se jreġġa’ lura fiż-żmien il-liġi li kienet tranġat minn Gvern Nazzjonalista.

Ir-rapport fil-ġurnal MaltaToday hu intitolat ‘Planning Permits can be granted without land owner’s consent’.

Il-gazzetta ħadet ukoll ir-reazzjoni kemm tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi kif ukoll tal-Perit Simone Vella Lenicker, li t-tnejn qablu li mil-liġi tal-ippjanar m’għandux jitneħħa l-kunsens ta’ sid l-art meta xi ħadd ikun irid japplika biex jagħmel xi żvilupp.

U dwar dan maltarightnow.com ha r-reazzjoni tal-pubbliku.