Wasal pajjiżna l-attakkant Taljan Matteo Piciollo sabiex jingħaqad ma’ Floriana. Huwa kien viċin li jmur b’self ma’ Lupa Castelli Romani fil-Lega Pro imma ma laħaqx qbil mal-klabb Taljan u se jkun qed jerġa’ jilgħab ma’ Floriana.
ST. GEORGE’ S – St. George’ s se jkomplu jsaħħu l-iskwadra bil-gowlkiper ta’ 33 sena Sean Cini, li matul l-istaġun li għadda lagħab fl-Ewwel Diviżjoni ma’ Mqabba u lagħab ukoll ma’ Qormi, Tarxien Rainbows u Vittoriosa Stars. Huma mistenni jilħqu ftehim ukoll mad-difensur ta’ 23 sena Ranier Buhagiar li kien qed jilgħab ma’ Gudja United wara esperjenza ma’ Qormi.
ĦAMRUN – Il-gowlkiper ta’ 26 sena Frederick Tabone ngħaqad b’mod permanenti ma’ Ħamrun Spartans b’kuntratt ta’ tliet snin.
PIETÀ – Pietaà Hotspurs akkwistaw lid-difensur ta’ 19-il sena Dario Zampa li lagħab għal Valletta u St. Andrews kif ukoll għandu esperjenza fil-futsal lokali.
GŻIRA UTD – Gżira United ħadu lill-attakkant mill-Kamerun Rene Zome Lous li iffirma kuntratt ta’ sena.
ST LUCIA – Santa Luċia neħħew lill-kowċ Marco Grech u floku ħatru lis-Serb Marko Glumac, b’esperjenzi fil-futbol u l-futsal.
GĦAJSNIELEM – Il-plejer ta’ Valletta Shaun Bajada jista’ jinbiegħ lil Għajnsielem fl-ogħla diviżjoni f’Għawdex. Valletta komplew ukoll bin-negozjati għall-midfielder difensiv mill-Ghana Albert Bruce li preżentament hu plejer ta’ Qormi.
DIXXIPLINA – Il-gowlkiper ta’ Sliema Wanderers Glen Zammit hu l-uniku plejer li ġie sospiż mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-ewwel ġurnata mill-ftuħ tal-Kampjonat BOV Premier. Huwa tkeċċa fit-telfa 2-0 kontra Tarxien Rainbows u se jkun qed jitlef il-partita ta’ għada kontra Valletta.


