Żewġ ‘bus shelters’ f’Birkirkara ilhom aktar minn sentejn biex jitlestew. Ma’ MaltaRightNow.com tkellmu numru ta’ residenti Karkariżi li ta’ kuljum jaqbdu l-karozzi tal-linja mill-venda ta’ Birkirkara, biswit il-Bank of Valletta u Ġnien l-Istazzjon.
Kull min juża din il-venda malajr jinduna li m’hemm l-ebda post fejn il-passiġġieri jistkennu sakemm tasal ix-xarabak, la f’każ li tkun ix-xita u l-anqas f’każ li tkun ix-xemx.
MaltaRightNow.com mar fuq il-post fejn jirriżulta li s’issa hemm biss qafas tal-ħadid, liema qafas ilu hemm madwar sentejn. Madanakollu, f’dawn is-sentejn, il-qafas tal-ħadd qatt ma tlestew biex ikunu jistgħu jintużaw bħala ‘bus shelters’.
Minn riċerka li għamel MaltaRightNow.com jirriżulta li f’Ottubru 2013, jiġifieri kważi sentejn ilu, kienet saret Mistoqsija Parlamentari mill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami lill-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura dwar jekk kienx hemm il-ħsieb li jitwaħħal bus shelter fil-venda ta’ Birkirkara, ħdejn il-BOV, biex in-nies ikunu jistgħu jistkennu mill-elementi.
Dakinhar, il-Ministru Joe Mizzi kien wieġeb li Transport Malta kienet diġa’ applikat u ġabet il-permess mill-MEPA sabiex jitwaħħal bus shelter fis-sit imsemmi.
Sentejn wara, id-Deputat Beppe Fenech Adami reġa’ għamel Mistoqsija Parlamentari f’Lulju 2015 li fiha staqsa lill-Ministru biex jagħti data preċiża meta se jitlestew il-bus shelters tal-venda ta’ Birkirkara.
F’dan il-każ, ir-risposta xotta tal-MIinistru Joe Mizzi fil-Parlament kienet biss li x-xogħol fuq dawn il-bus shelters mistenni jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.
//= $special ?>


