Ma jistax ikun li quddiem l-iskandlu tal-Visas u l-Permessi tar-Residenza, minflok iserraħ ras il-poplu Malti u Għawdxi, il-Prim Ministru Joseph Muscat mhux talli jipprova jaħbi l-iskandlu, iżda issa anke qed jistaħba hu.
Qal dan il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, f’isem il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit u Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami. Fl-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista jghid li dan l-iskandlu, li fih hemm involut l-eks Teżorier tal-Partit Laburista, jingħaqad ma’ skandli oħra ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata taħt dan il-Gvern, bħal dak ta’ Gaffarena, tal-Cafe’ Premier u tal-Australia Hall.
Fl-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista fakkar li Muscat għadu ma weġibx dwar kif Joe Sammut bena xibka ta’ korruzzjoni istituzzjonalizzata f’diversi Dipartimenti u Awtoritajiet tal-Gvern, primarjament f’Identity Malta, li hi mmexxija mill-eks Kandidat Laburista Joe Vella Bonnici magħżul minn Muscat stess.
Il-Partit Nazzjonalista qal li Joe Vella Bonnici donnu aktar moħħu jimpjega lill-familja kollha tiegħu mal-Gvern, milli biex iwaqqaf din il-korruzzjoni istituzzjonalizzata. Kien Muscat innifsu li għażel lil Vella Bonnici u għalhekk għandu ħafna xi jwieġeb dwar kif seħħet din il-korruzzjoni istituzzjonalizzata, temmet tgħid l-istqarrija.
Beppe Fenech Adami jfakkar li l-poplu Malti u Ghawdxi qed jghix f’pajjiz fejn ma jafx jekk ittiehdux passi biex ikunu identifikati l-persuni li allegatament qed jghixu b’mod illegali f’pajjizna u lanqas jekk ittiehdux passi biex ikunu irtirati il-visas u permessi ta’ residenza li allegatment inghataw b’mod illegali.
Fid-dawl ta’ dan kollu, ittemm tghid l-istqarrija, il-fatt li Joseph Muscat qed jaghzel li jistahba quddiem dan l-iskandlu, iqajjem hafna dubju dwar jekk Joseph Muscat ghandux tassew ir-rieda li jiggieled il-korruzzjoni.
//= $special ?>

