Lokali

Grupp ta’ hackers Għarab jattakkaw siti Maltin

Rebel Team Hackers, grupp ta’ hackers Għarab, fl-aħħar jiem attakkaw numru ta’ siti madwar id-dinja, fosthom dawk tal-Korporazzjoni tal-Ilma (Water Services Corporation), McDonalds u s-sit tal-App tal-Farsons’ Great Beer Festival organizzat minn Farsons f’Malta.

11887838_10207555124417747_9134233863401431014_n

Il-grupp jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ‘Team Iżlamiku’ u skont il-paġna tiegħu fuq facebook, hu bbażat f’Gaza, fl-art tal-Palestinjani.

F’messaġġ fuq Facebook, il-grupp jgħid hekk: “Għid lill-Gvern tiegħek biex ikun jaf dwar il-Palestina. Ma naċċettawx il-qtil tal-Musulmani. Ieqaf attakkana u mhux se nwaqqfu din il-gwerra.”

Intant is-siti Maltin li ġew attakkati jinsabu mill-ġdid online.