Internazzjonali

Hacker tal-ISIS maqtul waqt attakk fis-Sirja

SONY DSC

Hacker Britanniku li mar is-Sirja u sar wieħed mill-akbar esperti dwar iċ-ċibernetika mal-ISIS inqatel waqt attakk minn drone tal-Istati Uniti.

Il-hacker, Junaid Hussain, kien jgħix fil-belt ta’ Birmingham qabel ittrasferixxa lejn is-Sirja, u l-qtil tiegħu – li kien irrappurtat mis-sorsi Amerikani – mifhum li seħħ qrib il-belt Sirjana ta’ Raqqa.

Dan hu t-tieni każ ta’ qtil irrappurtat ta’ personalità ewlenija tal-ISIS fl-aħħar tmient ijiem u wara li t-tieni l-ogħla uffiċjal tal-istess grupp militanti kien tilef ħajtu fit-18 ta’ Awwissu waqt attakk mill-qawwiet tal-ajru Amerikani fuq l-Iraq.