Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu.

IN-NAZZJON b’ritratti esklussivi mill-Vatikan li juru mumenti mill-Udjenza Ġenerali li kellu l-Papa Franġisku lbieraħ. Din kienet il-100 Udjenza tal-Papa, u għaliha kienu preżenti numru ta’ abbatini Maltin.

L-istess ġurnal fil-faċċata jagħtina l-aħbar tar-riżenja ta’ Carol Peralta minn Maġistrat. Aħbar li insibuha wkoll f’THE MALTA INDEPENDENT fejn Peralta kien kwotat jgħid illi irtira għax qabżitlu.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jagħtina l-aħħar żviluppi dwar il-Malti maħtuf fil-Libja. Qed jiġi rappurtat illi meta nqabad mis-suldati Libjani, Carmelo Grech kien ma tliet irġiel oħra u fuqhom kellhom €300,000.

L-ORIZZONT jirrapporta kif bena jitneħħa l-asbestos minn Ħal Far.

THE MALTA BUSINESS WEEKLY tikkwota lis-CEO tal-STMicroelectronics illi qed jaħdem fuq pjan biex inaqqas il-ħaddiema tiegħu madwar l-Ewropa.