Minibus tat-tip Ford Transit, kmieni waranofsinhar, inqaleb fit-Triq Reġjonali bil-konsegwenza li fiż-żona nġabar traffiku qawwi. Kawża tal-inċident, is-sewwieq tal-vann ittieħed l-Isptar għall-kura.
Fortunatament, ix-xufier, raġel ta’ 47 sena minn Birkirkara, sofra biss minn feriti ħfief. Fortunatament ukoll, fil-vann ma kienx hemm passiġġieri oħrajn.
Fil-post waslu Ufficjali tal-Pulizija li għalqu għat-traffiku t-triq lejn il-mini, bil-karozzi ġew diretti lejn Psaila Street. Dan minħabba li l-vann kien qed jimblokka t-triq, kif ukoll minħabba li nxtered ammont ta’ żejt b’periklu għas-sewwieqa l-oħra.
L-inċident wassal għal traffiku kbir, li affettwa ż-żona kollha, kif ukoll San Ġwann, l-Imsida, il-Kappara, il-Mini ta’ ħdejn l-Università u Santa Venera, fost l-oħrajn.
//= $special ?>

