Lokali

Jintlaqat minn karozza li kienet qed tirriversja

Raġel ta’ 81 sena intlaqt minn vettura fi Triq il-Palma f’Raħal Ġdid.

Jidher li waqt li raġel ta’ 37 sena kien qed jirriversja l-karozza tat-tip BMW, laqat lir-raġel ta’ 81 sena.

Fuq l-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Ir-raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.