Newsdesk

NEWSDESK: Beppe Fenech Adami jwieġeb id-domandi tiegħek

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar numru ta’ temi politiċi attwali. Il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit u Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami se jkun qed iwieġeb għad-domandi tas-semmiegħa.

Fost oħrajn se jiġi diskuss l-iskandlu tal-Visas u l-Permessi tar-Residenza. Dwar dan l-eks Teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh meta qed jiġi akkużat li ħoloq kumpaniji fittizji għal barranin bil-għan li dawn jakkwistaw residenza f’Malta.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.20pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.