Mużika

X’sar minnu dan?

Kulħadd jiftakar il-famuża Gangnam Style iżda probabbli li ħafna insew min kien il-moħħ warajha għaliex donnu sparixxa għal kollox. Fil-fatt il-kantant Psy ilu xhur sħaħ ma jissemma.

Biss jidher li l-Korean se jirritona fix-xena mużikali x-xahar id-dieħel bl-album il-ġdid tiegħu – album li sippost diġa’ ħareġ, iżda waqa lura fil-produzzjoni tiegħu għaliex Psy xtaq li jbiddel l-istil tiegħu.

Psy, li għandu 37 sena u li ismu propja huwa Park Jae-sang, sploda fix-xena mużikali fl-2012. Għalkemm l-aktar silta sinonima miegħu hija Gangnam Style, hu għamel ukoll ħoss qawwi bis-single Gentleman.

Psy jgħid li l-akbar idolu tiegħu huwa Freddie Mercury.