Lokali

Avviż kontra l-użu tal-‘V-Max Herbal’

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-RegolamentI tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, qed jinforma lill-pubbliku, li l-pilloli V-Max Herbal m’għandhomx jintużaw minħabba li fihom instabet is-sustanza mhux awtorizzata ‘Sildenafil’.

Il-V-Max Herbal jinbiegħu f’kaxxa tal-kartun b’erba’ pilloli u d-data ta’ durabbilta hi tas-6 ta’ Frar 2017.