It-Tnejn li għadda, biljun persuna użaw is-sit soċjali Facebook f’ġurnata waħda. Dan ħabbru l-Fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Facebook Mark Zuckerberg f’post li tella’ tard ilbieraħ filgħaxija (ħin f’Malta). Zuckerberg qal li għall-kumpanija li jmexxi, dan hu avveniment importanti, iżda aktar minhekk “il-bidu biex ngħaqqdu d-dinja”.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook qal li grazzi għal din “il-komunità” qed jingħata vuċi lil kull persuna biex kulħadd ikun inkluż fid-dinja moderna li qed ngħixu fiha. Qal li “dinja aktar miftuħa u konnessa hi dinja aħjar” għax issaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ dawk li tħobb, filwaqt li toffri aktar opportunitajiet u soċjetà aktar b’saħħitha.
Filwaqt li rringrazzja lil kulmin juża’ Facebook “talli intom parti minn din il-komunità”, Mark Zuckerberg xandar filmat li juri l-pożittiv ta’ sit soċjali bħall-Facebook (ara taħt).
//= $special ?>