Quddiem l-iskandlu tal-Visas u l-Permessi ta’ Residenza li nħarġu b’mod illegali, is-Segretarju Parlamentari José Herrera ma jafx kemm hawn persuni li llum jinsabu f’pajjiżna b’mod illegali.
Herrera għamel dan il-kumment meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, li matulha nieda programm ġdid ta’ Visa u Residenza.
Madankollu, matul il-konferenza spikka n-nuqqas ta’ Joe Vella Bonnici, li jmexxi l-Aġenzija Identity Malta.
//= $special ?>

