Internazzjonali

Jitwaddab ftit dawl fuq il-misteru tal-ferrovija Nażista fil-Polonja

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa mill-Gvern Pollakk, kien ikkonfermat li kienet instabet ferrovija ta’ żmien in-Nażisti moħbija taħt l-art, imma ma kienx magħruf x’fiha.
Piotr Zuchowski, mill-Ministeru tal-Kultura Pollakk, ikkonferma li l-ferrovija nstabet taħt l-art permezz ta’ radar speċjali u wara li xi ħadd żvela fejn kienet hekk kif kien qed imut.
Hu qal li l-ferrovija kien fiha 100 metru u l-mod kif inhi mibnija jindika li kienet qed iġġorr tagħbija speċjali. Il-ferrovija tinsab f’mina 70 metru taħt l-art f’Walbrzych.
Il-ferrovija tinsab midfuna f’mina tul linja bejn Wroclaw-Walbrzych imma x’hemm fiha mhux magħruf. Jista’ jkun li hemm affarijiet prezzjużi misruqa min-Nażisti imma jista’ jkun ukoll li hemm xi armi. Hemm x’hemm, qal Zuchowski, jekk hemm affarijiet misruqa, dawn se jingħataw lura lill-erdi ta’ min kienu.
Il-mina tinsab fil-Lbiċ tal-Polonja fejn hemm il-kastell ta’ Ksiaz li kien jintuża minn Adolf Hitler u mini li priġunieri kellhom iħaffru fil-muntanji.