Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet fil-Palazz ta’ Sant’ Anton lit-tifel Karl Curmi u lill-familja tiegħu.
Coleiro Preca faħħret lil Karl għall-att erojku tiegħu meta fl-aħħar ta’ Lulju li għadda salva tarbija minn għarqa fil-bajja ta’ Marsalforn – storja li kienet żvelata minn dan is-sit ix-xahar li għadda.
Il-President ta’ Malta qalet li Karl Curmi huwa tifel eżemplari, fejn bla ma ħaseb fih innifsu, minnufih qabeż fil-baħar u salva l-ħajja ta’ din it-tarbija.
Qalet li Karl huwa tifel li rnexxielu jwassal messaġġ tant pożittiv lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex li hu li meta wieħed jinsa lilu nnifsu biex jagħmel il-ġid lil ħaddieħor, ikun qed jagħmel att nobbli tassew. Il-President faħħret lill-familja Curmi għall-valuri sbieħ li rawwmet f’dan it-tifel.
//= $special ?>

