Is-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa nhar il-Ħamis, 3 ta’ Settembru, 2015, se torganizza għal 11-il edizzjoni il-Kunċert tal-Banda Żgħażagħ –‘La Vittoria Youth Band In Concert’. Dan il-kunċert se jsir fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mit-8pm ’il quddiem.
Din l-attività tmur lura għas-sena 2004, bl-għan li tinħoloq attività ġdida, friska fl-ideat u kemm jista’ jkun innovattiva’. Infatti, il-kunċert ikun jinkludi xalata ta’ mużika minn kull ġeneru u ta’ kull stil.
Il-kunċert ta’ din is-sena se jieħu dehra aktar moderna fejn l-elementi kollha li qegħdin jiddominaw ix-xena se jkunu parti importanti mill-kunċert. Is-soċjeta qalet li l-Youth Band se tmur minn ġeneru ta’ mużika għal ieħor.
Ser tindaqq mużika mill-pinna ta’ Tchaikovsky, Chubby Checker, John Williams, Taylor Swift, Joe Cocker u ħafna aktar. Se tindaqq mużika b’apoloġija lejn Gioachino Rossini għalkemm aktar ’il quddiem fil-kunċert se tindaqq waħda mill-aqwa kompożizzjonijiet minn tiegħu. Mal-Banda se jingħaqdu fost l-oħrajn gruppi ta’ żeffiena professjonali taħt it-tmexxija ta’ Christina Cauchi, l-kanatanti Philip Vella u Julia Grima. Ma’ dawn, jingħaqad ukoll il-kor tat-tfal tas-soċjetà ‘Kor Vuċijiet Vittorjani’ taħt it-tmexxija ta’ Claudia Vella u Julia Grima. Jieħdu sehem ukoll Simon Vella fuq il-vjolin kif ukoll Ronald Briffa bil-mumenti komiċi tiegħu.
Id-direzzjoni tal-kunċert se tkun tal-Assistant Surmast tal-Banda Ryan Mallia filwaqt li l-preżentazzjoni se tkun ta’ Jean Claude Micallef u Elaine Saliba.
//= $special ?>


