Malti ieħor ġie arrestat il-Libja. Skont l-aħħar rapporti, il-Malti hu fost ħames persuni li ġew arrestati mill-Awtoritajiet tal-Port fi Tripli.
L-arrest ta’ dawn il-ħamsa sar wara investigazzjoni li saret mill-Awtoritajiet Libjani fuq serq ta’ diesel mil-Libja. Jirriżulta li madwar jumejn ilu, il-bastiment “Sovereign M” ġie ssekwestrat mill-Awtoritajiet, li arrestaw lill-ħames persuni: żewġ Eġizzjani, Alġerin, Sirjan u l-Malti.
L-investigazzjoni dwar serq ta’ diesel mil-Libja kienet qed issir mill-Gwardja tal-Kosta Libjana, bl-Awtoritajiet Libjani qed isostnu li se jużaw id tal-ħadid kontra dawk involuti f’serq ta’ riżorsi Libjani.
Dan hu t-tieni każ ta’ Malti arrestat fil-Libja wara l-arrest ta’ Carmelo Grech, li għandu 60 sena u li ġie arrestat wara li nqabad b’Passaport rikonoxxut mill-Gvern ta’ Tobruk f’żona li taqa’ taħt il-Gvern ta’ Tripli. Grech ilu arrestat fil-Libja madwar ġimgħatejn.
Jirrizulta li minbarra li nqabad b’Passport mhux rikonoxxut, Grech inqabad li kellu fil-pussess tiegħu flus kontanti li jammontaw għal madwar €300,000. Hu kien f’kumpanija ta’ tlett irġiel oħra.
//= $special ?>
