Lokali

Ritratt: Arrestata 21 siegħa biss wara li serqet mobile

Is-saħħa tas-siti soċjali mill-ġdid wasslet biex każ ieħor ta’ serq ġie solvut. Din id-darba kien imiss lil mara Brittanika li nqabdet f’kameras tas-sigurta’ tisraq mobile minn ħanut.

Il-każ seħħ ilbieraħ, ftit wara s-18:30 meta l-mara daħlet f’ħanut f’San Pawl il-Baħar u ħadet mobile ta’ klijent. Immedjatament wara, sid il-ħanut tella’ fuq Facebook numru ta’ ritratti mill-kameras tas-sigurta’ fil-ħanut u bdew deħlin ir-rapporti ta’ persuni li għarfu lill-mara.

Jirriżulta li kienu dawn ir-rapporti ta’ persuni li għarfu lill-mara, b’mod speċjali minħabba t-tattoos tagħha, li wasslu biex il-Pulizija ħadu idea ta’ fejn kienet qed toqgħod, fil-Qawra, u arrestaw lill-mara 21 siegħa u nofs biss wara s-serqa. I u l-mobile nstab u ġie rritornat lil sidu.

Il-mara, li hi Ingliża, mistenija titressaq quddiem il-ġustizzja akkużata b’din is-serqa.