Ħaddiema tal-ST dalgħodu għamlu strajk ta’ sagħtejn barra l-impjant f’Ħal Kirkop.
Il-ħaddiema daħlu għax-xogħol fit-8am, minflok x’ħin sippost jibda ix-xift fis-6am.
Mhux magħruf eżatt ir-raġuni wara din l-azzjoni, għalkemm fl-aħħar xhur kien hemm okkazjonijiet oħra fejn sar strajk simili.
Ilbieraħ xi ġurnali irrapurtaw li STMicroelectornics se tkun qed tkeċċi mijjiet ta’ ħaddiema mill-impjanti tagħha madwar l-Ewropa.
//= $special ?>

