Titjira tal-Air Malta lejn Manchester KM 147 irritornat lura Malta bħala prekawzzjoni ta’ sigurtà wara li sar magħruf li kien hemm diskrepanza bejn in-numru ta’ passiġġiera abbord l-ajruplan u l-bagalji abbord.
L-ajruplan irritorna lura Malta fejn it-titjira se tkun qed tittardja sakemm ikunu ttieħdu l-prekawzzjonijiet kollha neċessarji.
Intant, l-Air Malta fi stqarrija qalet li se tkun qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>

