Ambjent Lokali

Ritratti: Aktar tniġġiż fil-baħar

Ikomplu l-problemi ta’ tniġġiż ta’ żejt fil-baħar. Numru ta’ qarreja ta’ MaltaRightNow.com li tkellmu ma’ dan is-sit spjegaw li sa minn nhar il-Ħamis li għaddha fl-nħawi ta’ Delimara kienet qegħda tidher roqqa ta’ żejt.

Jidher li l-problema minflok ma’ ġiet solvuta kompliet tiggrava bl-istess qarreja jikkumentaw fuq ir-riħa qawwija li hemm fil-post u l-baħar li ddeskrivewh bħala mdellek.

L-istess qarreja spjegaw li din ir-roqqa tinstab f’sit ferm popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti.

Intant qarreja oħra ta’ MaltaRightNow.com spjegaw li anke ż-żona magħrufa bħala t-Tunnara fil-Mellieħa kellha każ ta’ likwidu li deher qisu żejt fil-baħar. Dawn il-qarreja ilmentaw ma’ dan is-sit li dan iż-żejt għamilha impossibli sabiex wieħed igawdi din il-bajja sabiħa.

tunnara 1

tunnara 2